Kien fit-18 ta’ Frar 2016 li ħolma li kienet ilha tberren għal snin sħaħ sarrfet biex fl-aħħar ingħatat ħajja lis-sit juventusmalta.com
Minn dakinhar għaddiet sena, bl-artikli jinqraw 655,541 darba skont informazzjoni provduta minn Google Analytics.
Matul dan iż-żmien inkitbu 2,369 artiklu grazzi għal tim ta’ kontributuri, iżda minkejja din iċ-ċifra hekk kbira ta’ min jinnota li ngħatat importanza partikolari lill-kitba tajba bl-introduzzjoni ta’ erba’ qarrejja tal-provi.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






