Sa mill-ftuħ uffiċjali tal-Erbgħa, il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero għadu ma waqafx bil-ħidma biex il-kwartieri ġodda jkunu lesti għall-ewwel logħba uffiċjali ta’ Juventus mill-post il-ġdid.

Dan grazzi wkoll għas-sidien ġodda tal-bar tal-klabb, li se jkunu qed joffru varjetà enormi ta’ ikel għal dawk preżenti. Minn ikel tradizzjonali bħal ġbejniet u żebbuġ, għal bebbux, tiġieġ, laħam u zalzett tal-Malti.

Din l-atmosfera ta’ festin mhix se tkun l-ewwel u l-aħħar darba. Dan għaliex il-Kumitat iddeċieda li jafda f’persuna rinomata u b’esperjenza vasta ħafna fit-tmexxija ta’ ristoranti, bars u attivitajiet kummerċjali oħra.

dical-banner-1200×280