Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li se tiġi organizzata kompetizzjoni fost dawk li jattendu fil-kwartieri ġodda waqt il-logħba kontra Porto miċ-Champions League.

Ħu stessu (selfie), waħdek jew ma’ persuna oħra f’post li tixtieq ġewwa l-kwartieri tagħna, tellgħu fuq Facebook f’xi ħin qabel, waqt jew wara l-logħba u bħala lokazzjoni tar-ritratt ikkopja l-paġna uffiċjali tal-klabb. Min ikollu bżonn għajnuna jista’ javviċina lil xi membru tal-Kumitat.

L-għada, l-ismijiet ta’ dawk kollha li jagħmlu dan jiddaħħlu f’sistema onlajn li awtomatikament tagħżel lir-rebbieħ li jieħu voucher ta’ pizza għal tnejn mill-JCMCB Bar & Grill.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
 
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280