Xokk u kundanni fl-Italja wara li partitarji ta’ Lazio pinġew graffiti anti-Semitiċi u stickers ta’ Anne Frank, vittma tan-Nażi, bi flokk ta’ Roma.
L-ultras Lazjali, magħrufa li fil-maġġoranza tagħhom huma Faxxisti, kienu mċaħħda milli jkunu fil-Curva għal-logħba li għaddiet kontra Cagliari wara kori razzisti fil-logħba kontra Sassuolo.
Dan hi biss l-iktar minn sensiela ta’ atti oxxeni mill-partitarji ta’ Lazio fl-aħħar snin. RIċentament kienu dendlu wkoll manekkini bil-flokkijiet ta’ Roma, mgħallqa u mdendla minn pont għal isfel.
L-FIGC mistennija tiftaħ investigazzjoni wara dan l-aħħar każ li ġab kundanna wkoll minn politiċi Taljani kif ukoll il-President Taljan. Kundanna wkoll mill-Ministru tal-Isport Luca Lotti.
Il-President ta’ Lazio Claudio Lotito kkundanna dan il-ġest, poġġa fjuri ħdejn sinagoga lokali u ħabbar li kull sena s-soċjetà se torganizza vjaġġ lejn Auschwitz għal 200 partitarju żagħżugħ tal-klabb.
Sors: USA Today
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com