Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jirringrazzja lill-ġenituri li għal sen’oħra afdaw fil-klabb għall-party annwali tal-klabb f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.

It-tfal li attendew, madwar 40, mhux biss kellhom diversi logħob organizzat għalihom u diversi oġġetti ta’ ikel u xorb, imma wkoll marru lura d-dar b’kotba u rigali oħra.

Ta’ dan kollu, il-Kumitat jirringrazzja lit-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill, Ciliegia Caterers ta’ San Ġwann, Party Trap għad-divertiment, Horizons Malta għall-kotba, ESL ta’ Ħaż-Żabbar għar-rigali kif ukoll lill-eks membri tal-Kumitat Jean Borg, Saviour Camilleri u Eman Vella għall-għajnuna tagħhom.