Il-Kumitat bi pjaċċir jinnota r-rispons qawwi ħafna li kien hemm għall-idea oriġinali li ħareġ biha din is-sena, bi flokkijiet li ma jiċċelebrawx biss ir-rebħ tal-kampjonat imma wkoll il-Coppa Italia.

Wara li lbieraħ, wara r-rebħa kontra Milan, il-Kumitat irċieva domanda qawwija għal dawn il-flokkijiet, inħabbru li għad fadal biss 40 flokk qabel l-ordni tkun inbiegħet kollha. Dawn il-flokkijiet jiswew €15 u mistennija jaslu fi żmien ftit jiem.

Il-Kumitat aktarx ma jordnax iktar minn dawn il-flokkijiet bl-iskop li jkunu kemm jista’ jkun esklussivi għal dawk li jilħqu jordnaw mill-ewwel lott.

Għad fadal ukoll l-aħħar ftit flokkijiet li l-plejers ta’ Juventus mistennija jiċċelebraw bihom ladarba jirbħu l-kampjonat. Id-disinn ta’ dawn il-flokkijiet għadu mhux żvelat iżda l-klabb ibbukkja ammont minn dawn il-flokkijiet.

Il-prezz ta’ dawn il-flokkijiet uffiċjali ta’ Juventus hu €24.95, li hu l-istess prezz li se jkunu qed jinbiegħu dawn il-flokkijiet fis-suq. Hawn ukoll, il-Kumitat jaf ma jordnax iżjed ladarba l-ewwel lott tkun inbiegħet.

Għahekk nappellaw lil min hu interessat biex ma jħallix għall-aħħar. Dawn il-flokkijiet jistgħu jiġu ordnati, ladarba jsir il-ħlas sħiħ, fil-klabb stess. Għal dan l-iskop qed niftħu kuljum, mis-18:30 sat-20:30, minbarra fil-ġranet tal-logħob.