Il-klabb, fuq inizjattiva ta’ Andrea Grima, organizza Kampjonat fuq app jisimha ‘FantaSerieATim’ fejn wieħed irid jagħżel 11-il plejer fl-iskwadra tiegħu u skont x’azzjonijiet ikunu għamlu fil-Kampjonat Taljan, int tieħu l-punti tagħhom!
Dawn huma l-punti:
Gowl: +2;
Penalty skorjat: +1.5;
Penalty milqugħ: +1.5;
Penalty fallut: -1;
Assist: +1;
Karta safra: -0.5;
Karta ħamra: -1;
Awtogoal: -2;
Gowl kontra (gowlkiper): -1
Jafu wkoll jiżdiedu xi punti fuq plejers li huma taħt il-21 sena u l-25 sena, u anke fuq prestazzjoni tal-logħba.
Din l-iskwadra tista ssir sal-17:30, qabel il-partita tal-Juventus kontra Cagliari, peress li mbagħad jibda l-Kampjonat Taljan u s’issa daħlu iżjed minn 160 tim.





