Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jiftaħ l-istaġun 2019/20 bil-kbir hekk kif Nicole Sciberras, l-ewwel Maltija li ffirmat ma’ Juventus, se ssegwi l-logħba kontra Parma fil-klabb tagħna.

Il-membri li jattendu se jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ Nicole, jiem biss wara li bdiet it-taħriġ tagħha mal-iskwadra tal-Primavera tan-nisa ta’ Juventus.

Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jixtieq jirringrazzja lil Nicole Sciberras tad-disponibbiltà tagħha, minkejja li se tasal f’pajjiżna dakinhar stess, kif ukoll lil ommha Caroline Ciappara.

Juventus jiftħu l-istaġun nhar is-Sibt li ġej, fis-18:00, bil-logħba kontra Parma. Kulħadd hu mistieden isegwi din il-logħba fil-bini tal-klabb, fi Triq Troubridge, fil-Marsa. Il-klabb ikun miftuħ ukoll għal min mhux membru.