Ikomplu l-problemi għall-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis, ikkontestat mill-Ultras tiegħu stess li jinsabu rrabjati għan-nuqqas ta’ akkwisti mill-klabb, id-diskors li għamel fl-aħħar jiem f’diversi episodji u wkoll l-akkwist tar-rivali Bari.
Fi stqarrija, il-Curva A u l-Curva B ddikjaraw li mhux se jqisu lil De Laurentiis bħala l-President tagħhom. “Ma nittollerawx il-viżjoni tiegħu ta’ futbol ta’ negozju u bla effett. Aħna l-Ultras li l-passat, preżent u futur tagħna ngħixuh b’sagrifiċċju,b’ passjoni u b’valuri.”
Fl-istqarrija kkritikaw il-kampanja ta’ abbonamenti bl-użu tas-simbolu ta’ pantera u dawk li sejħu bħala nuqqas ta’ stil u saħansitra offiżi provokatorji fid-diskors tiegħu fl-aħħar jiem minn President li “grazzi għal Napoli nbidel minn produttur ċinematografiku modest għal imprenditur sportiv sinjur.”
“Nidħqu nisimgħuk tgħidilna li jekk irridu nirbħu għandna nżommu ma’ Juventus, jew li jimmeritana ċ-Ċiniżi. Minn dan toħroġ l-istupidità tiegħek,” iddikjaraw l-Ultras Naplitani.
Sors: Napoli Ultras
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com