Ftit jiem qabel il-logħba bejn Atalanta u Napoli, l-ultras bergamaschi għamluha ċara li se jisfidaw lill-FIGC u matul il-logħba se jkomplu jkantaw il-kori tradizzjonali fil-konfront tan-Naplitani.

“Aħna se nkomplu nkunu dak li dejjem konna. L-isfottò bejn it-tifożeriji hu wieħed mill-komponenti l-iktar bażiċi u elementari tal-futbol. Mhux razziżmu u aħna dejjem konna kontra kori razzisti,” tiddikjara stqarrija tal-Curva Nord.

L-istqarrija ħarġet wara twissijiet li, bħalma ġara lil Juventus fil-logħba kontra Genoa, il-Curva tista’ tingħalaq bħala mezz dixxiplinarju. Reċentement Juventus ingħataw ukoll twissija oħra simili hekk kif tkanta l-kor “Napoli usa il sapone.”

Fil-messaġġ tagħhom, l-ultras ta’ Atalanta stiednu lill-avversarji biex huma wkoll ipattulhom bil-kori tradizzjonali bħal “Bergamasco contadino” u “Odio Bergamo.”

Dan apparti li tefgħu botta diretta lill-FIGC meta stqarrew li mhux se jieħdu lezzjonijiet minn min fil-passat laqa’ fi ħdanu persuni, f’riferenza għall-eks President Carlo Tavecchio, li fil-passat irrefera għal plejers b’ġilda skura bħala ‘mangia banana’ u ‘handicappate’ fil-konfront ta’ nisa li jilagħbu l-futbol.

Atalanta diġà huma mwissija. Id-darba li jmiss, tiskatta s-sospensjoni tal-curva.

Sors: Sostieni la Curva

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280