Minkejja li Stadio San Paolo mistenni jkun ippakkjat, żgur li dan mhux se jkun mertu għall-partitarji Juventini. Dan hekk kif l-ultras se jabbandunaw din l-isfida.

L-indikazzjonijiet juru li sal-aħħar sigħat, kienu biss 220 biljett li nqatgħu mill-partitarji Juventini għall-isfida ta’ nhar il-Ħadd li ġej.

Dan hekk kif l-ultras ta’ Juventus qed ikomplu bil-protesti tagħhom kontra s-soċjetà, bir-raġuni ewlenija (għall-inqas uffiċjalment) tkun il-prezzijiet tal-biljetti. L-ultras Juventini mistennija jipprotestaw ukoll kontra Udinese u Atlético de Madrid.

Sors: Il Mattino

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280