Il-captain ta’ Atalanta Papu Gomez tkellem dwar l-inċident li kellu ma’ Lichtsteiner fejn minħabba din l-azzjoni Juventus ġew imċaħħda mit-tielet goal.
Gomez tenna li mhux talli kien foul, talli Lichtsteiner kien ħaqqu karta ħamra.
“Fl-opinjoni tiegħi ftit hemm timijiet li joħolqu problemi lil Juventus iżda aħna fost dawk il-ftit. Rigward l-aċċident, jekk ir-referee ra l-minkeb ta’ Lichtsteiner u saffar il-foul, kien ġust li jurih karta ħamra. L-azzjoni dehret ċara u saħansitra kelli d-demm f’wiċċi.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com