Wara li ġie finalizzat il-programm taż-żjara ta’ Fabio Nicolè f’Malta, fuq Facebook il-kittieb u kowċ Taljan fisser l-entużjażmu li jżur lil pajjiżna.
“Qatt ma kont naħseb li ktieb dwar missieri se jwassalni biex naqbad ajruplan u ntir lejn Malta,” kiteb Fabio, li f’pajjiżna se jniedi l-ktieb ‘Bruno Nicolè. Ho amato lo sport e ho scelto il calcio, ho amato il calcio e ho scelto lo sport.’
Il-ktieb jittratta l-karriera tal-iżgħar captain tat-tim nazzjonali Taljan, li ma’ Juventus rebaħ tliet kampjonati, żewġ edizzjonijiet tal-Coppa Italia u edizzjoni tal-Coppa delle Alpi fi skwadri fejn kellu kompetizzjoni biex jilgħab ma’ stilel bħal John Charles, Omar Sívori u Giampiero Boniperti.
Fost l-affarijiet li l-iktar jinsab ħerqan għalihom hemm żjara fl-Isptar Mater Dei lil tfal u żgħażagħ li qed jiġġieldu mard serji bħall-kanċer, kif ukoll il-logħba kontra Roma fil-klabb. Din il-logħba hi sinifikanti hekk kif ma’ Roma missieru Bruno rebaħ ukoll Coppa Italia.
Iż-żjara se tkun possibbli grazzi għal Stem Cells Malta Ltd, Topaz Hotel kif ukoll Dical tal-Mosta u Il Ponte Ristorante. Qed issir ukoll bil-kollaborazzjoni ta’ Fgura United Youth Nursery.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com