Hekk kif qegħdin noqorbu lejn Marzu, qegħdin noqorbu wkoll lejn l-appuntament tradizzjonali tat-tournament ta’ Viareggio, fejn din is-sena se tkun is-70 edizzjoni tiegħu.

Fost it-timijiet parteċipanti se jerġa’ jkun hemm it-tim ta’ Juventus, fejn ftit tal-ġranet ilu saru magħrufa l-avversarji tiegħu hekk kif telgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi.

Juventus, immexxija minn Alessandro Dal Canto, se jaffrontaw lil Rijeka tal-Kroazja, Benevento, u Euro New York tal-Istati Uniti.

It-tournament se jintlagħab bejn it-12 u t-28 ta’ Marzu u naturalment, bħal kull sena, dan is-sit se jkun qiegħed jaġġornakom b’dak li jkun qed jiġri.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280