Il-bandiera ta’ Malta llum spikkat fl-Allianz Stadium ta’ Turin hekk kif il-President tal-klabb, Jean Borg, inqabad mill-kameras bl-istrixxun tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero: Malta Presente.
Dan filwaqt li żewġ membri leali tal-klabb, Daniel Hili u t-tfajla tiegħu Melania, intwerew b’mod dirett fuq it-televiżjoni waqt li Daniel kien qed iżomm il-bandiera ta’ Malta.
Il-klabb kien rappreżentat minn numru ta’ membri oħra tal-klabb, fosthom membri li fl-aħħar jiem skoprew li nqabdu mingħajr biljett, wara li użaw sorsi mhux uffiċjali, u talbu lill-Kumitat għall-għajnuna.