Skont ġurnali fl-Ingilterra, il-klabb Ingliż Manchester City jista’ jiġi eskluż mill-edizzjoni li jmiss taċ-Champions League hekk kif għaddejja inkjesta dwar akkużi ta’ ksur tal-Financial Fair Play u manuvri biex il-klabb jevita dawn ir-regoli.
Jekk l-investigazzjoni ssib li dan seħħ, wara li dawn l-allegazzjonijiet kienu żvelati minn Football Leaks, l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet Ewropej hi waħda awtomatika.
Jingħad li l-investigazzjoni tal-UEFA, li qed titmexxa b’mod indipendenti, waslet biex tkun konkluża.
Sors: The Guardian
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






