Il-midfielder ta’ 25 sena ta’ Juventus Women, Martina Rosucci, iddeskriviet lill-iskwadra tagħha u s-soċjetà Juventina bħala eżempju li wieħed għandu jsegwi.
Rosucci, li ngħaqdet mal-ewwel skwadra tan-nisa fl-istorja ta’ Juventus wara esperjenza ta’ snin ma’ Brescia, iddikjarat hekk: “Meta waslitli l-aħbar li Juventus kienu se jwaqqfu skwadra tan-nisa ma ridtx nemmen, aħseb u ara meta jumejn wara rċivejt telefonata biex isaqsuni rridx ningħaqad magħhom.”
Tkellmet dwar kif Juventus daħlu għal din l-esperjenza ġdida b’serjetà anke barra mill-grawnd: “Id-dħul ta’ Juventus fil-futbol tan-nisa hu eżempju li skwadri oħra ewlenin għandhom isegwu.”
Sors: RadioVS
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com