Grupp ta’ membri tal-klabb li nhar it-Tlieta li għadda assistew għal-logħba taċ-Champions League bejn Atlético u Real Madrid ġew intervistati minn ġurnalist ta’ Tuttosport.

Fost dawk li ttieħdu l-kummenti tagħhom kien hemm il-President Onorarju Jean Borg kif ukoll il-membru tal-klabb Andreas Gatt. Huma taw ukoll prominenza lil isem pajjiżna bil-banner storiku tal-klabb ‘Malta Presente’ kif ukoll b’xalla bl-isem tal-klabb.

Il-kliem Malta Presente deher ukoll fuq Sportmediaset kif ukoll f’filmat li ttella’ mill-ġurnalist Gianni Balzarini.

Jean u Andreas kienu jiffurmaw parti minn grupp kbir ta’ membri tal-klabb li assistew għal din il-logħba fl-Allianz Stadium u li fdaw fil-klabb għall-biljetti tagħhom.