Fost il-persuni li l-Ħamis ħallew pajjiżna lejn l-Indja, għal missjoni bħala parti minn ‘Il-Proġett’, hemm il-membru tal-klabb Paulette Gafa’.
Il-Kumitat jifraħ lil Paulette għal din l-inizjattiva u jixtiqilha kull suċċess u sodisfazzjon f’din l-avventura diffiċli imma mill-iktar nobbli.
L-isfida, bħala parti minn inizjattiva ta’ Missio, tiġbor flimkien sitt personalitajiet li minbarra lil Paulette jinkludu wkoll lill-attur komiku u preżentatur Ray Calleja, il-preżentatriċi Marika Caruana Smith, il-preżentatur komiku Joseph Borg, il-kantant Dario Mifsud Bonnici u Dorianne Mamo.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com