Juventus għandhom talent kbir ieħor minbarra Paul Pogba, li wkoll hu rappreżentat minn Mino Raiola, u li l-futur tiegħu hu inċert.

Dan hu Moise Bioty Kean, li twieled fis-sena 2000 u li mal-U17 ta’ Juventus skurja 24 gowl f’25 logħba. S’issa l-plejer għadu ma ffirmax kuntratt professjonali.

Raiola jrid li l-plejer jintbagħat b’self barra mill-Italja biex ikompli jimmatura, iżda Juventus jixtiequ jżommuh għal staġun ieħor fil-Primavera għaliex jemmnu bis-sħiħ fil-potenzjal tal-plejer.

Il-plejer qed jinteressa lil lista sħiħa ta’ klabbs, fosthom Arsenal u l-klabbs ta’ Manchester.

Sors: Tuttosport