Sena ilu kellu staġun kwiet, staġun fejn beda jintegra f’tattika li kienet totalment differenti għall-irwol li qed jilgħab bhalissa. Bonucci kien jieħu l-irwol tiegħu li jmexxi l-ballun f’nofs il-grawnd mid-difiża, u Pjanić wera li ma kienx il-plejer li forsi stennejna.

Imma dis-sena wera li hu ħaġa aqwa u sar protagonista. Fil-fatt meta ma jkunx disponibbli qed juri li Juventus qed isibuha iktar diffiċli biex jiskurjaw u jżommu l-kontroll tal-logħba.

Dis-sena s’issa ġa offrielna gowls u assists importanti, kreattività f’nofs il-grawnd u konsistenza assoluta.

Frisk minn freekick kontra Sporting u logħba eċċellenti oħra, nisperaw li Miralem jibqa’ sejjer bl-istess ritmu.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280