L-attakkant ta’ Juventus Moise Kean, li sar l-iżgħar plejer li qatt iddebutta fis-Serie A ma’ Juventus, għalaq 17-il sena.
F’intervista lil JTV, Moise Kean iddikjara li l-idolu tiegħu hu l-attakkant ta’ Nice, Mario Balotelli.
Fost l-oħrajn, iż-żewġ plejers għandhom lill-aġent Mino Raiola komuni bejniethom u jidher li l-attakkant tal-Primavera hu ċert mill-permanenza tiegħu ma’ Juventus.
Dan għall-kuntrarju ta’ assistit ieħor tal-aġent Taljan, Gianluigi Donnarumma, li jidher ċar li m’hemm ebda garanzija għall-permanenza tiegħu ma’ Milan.
Sors: JTV
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com