Juventus u l-aġent Mino Raiola għaddejjin b’taħditiet biex l-attakkant ta’ 16-il sena Moise Kean jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu.

Minkejja li għadu żgħir, Kean jilgħab mal-Primavera mdawwar minn plejers li wħud minnhom huma anke ħames snin ikbar minnu. Madankollu, skurja 24 gowl f’25 logħba matul l-istaġun li għadda.

Numru ta’ klabbs, fosthom Arsenal u Manchester City, huma interessati fil-plejer li bħalissa jista’ jħalli lil Juventus b’xejn għaliex għadu mhux marbut b’kuntratt.

Madankollu, Juventus mistennija jeliminaw din il-possibbiltà billi jikkuntentaw lill-plejer u l-aġent tiegħu fit-talbiet tagħhom.

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280