Ħaġa ironika u mhux tas-soltu fil-partita bejn Napoli u Juventus kienet li ż-żewġ timijiet lagħbu bit-tieni flokk tagħhom.

Rigward din id-deċiżjoni l-kowċ ta’ Napoli Maurizio Sarri esprima d-diżappunt tiegħu dwar din id-deċiżjoni għaliex qatt ma kien jimmaġina li jara lil Napoli jilagħbu f’darhom b’kuluri differenti.

“Ninsab diżappuntat ħafna rigward id-deċiżjoni tal-flokkijiet. Tweġġagħni ħafna li nara lit-tim tiegħi bil-griż flok bil-kuluri sinonimi magħna. Il-ħsieb tiegħi jmur ma’ dawk li għandhom il-kollezzjonijiet tal-Panini li għandhom x’jaqsmu mal-kuluri ta’ kull klabb.”

Sors: Mediaset Premium

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280