Fl-aħħar sigħat il-kowċ ta’ Juventus Primavera sejjaħ lil Nicole Sciberras, il-Maltija li tilgħab għall-Primavera tan-nisa ta’ Juventus, għal logħba ta’ ħbiberija li s-Sibt se ssir kontra l-iskwadra ewlenija tan-nisa ta’ Juventus stess.

Dan ifisser li għall-kuntrarju ta’ dak imħabbar fl-aħħar jiem, Sciberras mhux se tkun tista’ ssegwi magħna l-ftuħ tal-kampjonat tas-Serie A, bejn Juventus u Parma.

Filwaqt li l-Kumitat jiskuża ruħu għal din il-bidla li la hu, u lanqas il-familja tagħha, ma kellhom kontroll fuqha, diġà qed isiru arranġamenti oħra biex Nicole tiltaqa’ mal-membri tal-klabb ill-iktar fis possibbli.