Il-JCMCB Bar & Grill, li jinsab fil-kwartieri ġodda tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero fil-Marsa, se jkun miftuħ ukoll għall-partitissima bejn Inter u Roma.
Din il-logħba mistennija tkun spettakolari, b’Roma li jridu joqorbu mill-ġdid lejn Juventus, waqt li Inter ma jistgħux ifallu wara r-rebħa ta’ Atalanta fuq Napoli.
Id-dħul għal din il-logħba hu b’xejn, u dawk li jattendu jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-games room li tinsab fil-klabb. Dan minbarra li l-JCMCB Bar & Grill ikun miftuħ, inkluż għal min irid jordna xi ikel.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.






