Il-Kumitat bi pjaċir javża li r-rigali għall-istaġun 2017/18 jistgħu jibdew jinġabru mil-lejla, hekk kif il-klabb ikun miftuħ mis-18:30 ‘il quddiem għaċ-ċelebrazzjoni tal-120 anniversarju mit-twaqqif ta’ Juventus.

Filwaqt li niskużaw ruħna tad-dewmien, dan seħħ għaliex ir-rigali għal din is-sena huma personalizzati, u fl-istess waqt utli għall-użu ta’ kuljum. Infakkru wkol lli fl-aħħar jiem bdew jitqassmu wkoll it-tesseri tas-sħubija.

Il-membri li llejla jiġu l-klabb se jkunu jistgħu jaraw wirja ta’ kollezzjoni tal-Hurrà Juventus li tmur lura għal għexieren ta’ snin waqt li kull min jattendi u hu membru tal-klabb se jingħata wkoll biljett b’xejn biex jipparteċipa f’lotterija li r-rigal tagħha hu flokk tat-taħriġ milbus minn Andrea Pirlo.

Se jkun hemm ukoll sorpriża oħra għal dawk li jattendu.