Il-midfielder ta’ Roma Radja Nainggolan mill-ġdid ħass il-bżonn li jitkellem dwar il-mibegħda li għandu lejn Juventus.

F’intervista li ta, Nainggolan qal li l-mibegħda tiegħu lejn il-klabb ta’ Turin bdiet fiż-żmien meta kien jilgħab għal Cagliari.

“Kont nara ċertu attitudni tal-plejers Juventini lejn ir-referees li kienet kemxejn stramba. Meta f’logħba minnhom ikkonċedejna żewġ penalties għal fawls li seħħew barra l-kaxxa, għidt lili nnifsi li din qatt mhi se tinbidel.”

Sors: Il Romanista

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com