Il-klabb qiegħed jorganizza Open Day li se tinkludi wkoll tournaments ta’ ġurnata tat-table soccer u billiards.
Dawn huma d-dettalji:
Open Day
Din ser issir is-Sibt 24 ta’ Novembru bejn id-9.30 u l-16.30. Il-klabb se jkun miftuħ sabiex tingħata informazzjoni lil dawk kollha li jixtiequ jissieħbu magħna.
Matul l-istess ġurnata ser isiru tournaments tal-Billiards u t-Table Soccer. It-tournaments huma miftuħa għall-membri tal-klabb u l-ħbieb tagħhom.
Table Soccer Tournament (doubles)
L-ewwel premju se jkun dak ta’ €100 cash.
It-team li jiġi fit-tieni post jingħata premju ta’ €50 cash.
Registration fee – €20 per team
Billiards Tournament (singles)
L-ewwel premju għal dan it-tournament se jkun €80 Cash
It-tieni premju – €20
Registration fee – €10
Dawk kollha interessati li jieħdu sehem fit-tournaments iridu jinkitbu permezz ta’ email fuq info@juventusmalta.com sal-20 ta’ Novembru.
Se jsiru wkoll diversi attivitajiet oħra, fosthom kompetizzjoni rikonoxxuta internazzjonalment tas-Subbuteo. Dawk interessati f’dan l-isport se jkollhom ukoll l-opportunità li jitkellmu ma’ professjonisti ta’ esperjenza.