Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li laħaq ftehim biex ikun minn tal-ewwel li jġib f’pajjiżna l-flokkijiet u polo shirts uffiċjali li l-plejers ta’ Juventus se jilbsu matul l-istaġun li ġej.

Dawk li jibbukkjaw kmieni jistgħu jgawdu minn skont, bil-prezz ta’ €80, minflok €90, għall-flokkijiet u €40 minflok €45 għall-polo shirts. Il-prezz ma jinkludix badges addizzjonali iżda dik tas-Serie A tkun inkluża.

Dawn mistennija jaslu f’Lulju, sakemm ma jkunx hemm xi dewmien min-naħa ta’ Juventus. Id-disinji huma uffiċjali u kkonfermati minn Juventus, għalkemm mhux eskluż li s-soċjetà tagħmel xi tibdil minuri.

Dawk interessati huma mitluba jagħmlu kuntatt mal-Kap Eżekuttiv tal-klabb, Marlon Hili, permezz tal-email ceo@juventusmalta.com.

Il-booking ikun konfermat malli jsir il-ħlas sħiħ permezz ta’ Revolut (99201009), għand membru tal-Kumitat jew inkella permezz ta’ bank transfer lill-klabb.