L-aħbarijiet dwar il-goalkeeper Gianluigi Donnarumma li bl-għajnuna tal-aġent Mino Raiola qed jipprova jġib il-kuntratt tiegħu null qajmet rabja fost il-poplu Milanist.
Tant hu hekk li matul il-logħba nstemgħu diversi kori, fosthom ‘Vattene pezzo di merda’, fil-konfront tal-goalkeeper żagħżugħ. Dan minbarra strixxuni bħal: “Vjolenza morali u €6 miljun fis-sena minbarra l-ingaġġ ta’ ħuk parassita?” u “Issa itlaq, il-paċenzja spiċċat!”
Gianluigi Donnarumma deher emozzjonat ħafna tant li Leonardo bonucci deher joqrob lejh biex jikkunslah.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com