Il-klabb qed jorganizza party għat-tfal li se jsir fil-klabb stess, nhar is-17 ta’ Diċembru fl-10:00.
Għall-prezz ta’ €8, it-tfal li jattendu se jkollhom riċeviment grazzi għall-JCMCB Bar & Grill, animazzjoni grazzi għal Partytrap Animation (79795678) u jingħataw żewġ rigali kull wieħed grazzi għal Horizons Malta (21441604) u Mark’s Toy Shop tal-Ħamrun (21233966).
Dawk interessati għandhom jibbukkjaw mill-iktar fis possibbli, jew personalment fil-klabb, inkella billi jagħmlu kuntatt ma’ xi membru tal-Kumitat.