Il-Kumitat javża li qed jilqa’ l-aħħar bookings għall-Pasta Night buffet fl-okkażjoni tal-Malta Eurovision Song Contest tas-Sibt li ġej.

Dawk li jattendu, mit-20:00 ’l quddiem, mhux biss se jkunu jistgħu jsegwu l-ispettaklu fuq big screen, imma wkoll jieklu kemm jixtiequ minn tliet tipi ta’ għaġin.

Il-prezz hu ta’ €10 għall-kbar, €7 għal tfal ta’ bejn il-ħamsa u l-għaxar snin waqt li tfal taħt l-erba’ snin jattendu b’xejn. Bookings fuq events@juventusmalta.com jew billi jsir kuntatt ma’ Paul Valletta fuq 7733 3326.