Il-Kumitat javża li qed jorganizza pasta night buffet nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru li ġej fil-bini tal-klabb, fil-Marsa.
 
Dawk li jattendu, u għall-prezz biss ta’ €12, jistgħu jieklu kemm jixtiequ minn għażla ta’ tliet tipi ta’ għaġin. Il-prezz jinkludi wkoll appetizers kif ukoll tazza birra lokali, inbid jew soft drink b’xejn.
 
Tfal bejn il-ħamsa u l-għaxar snin iħallsu prezz ridott ta’ €6 waqt li tfal taħt l-erba’ snin jistgħu jattendu b’xejn.
 
Il-bookings jintlaqgħu sa lejliet, l-10 ta’ Novembru, u jkunu konfermati malli jsir il-ħlas.