F’intervista li ta, il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola uża lil Juventus, kif ukoll lil Barcelona u lil Bayern München bħala l-klabbs li wieħed għandu jimita.

“Klabbs bħal Juventus, Bayern München u Barcelona ssibhom dejjem fil-quċċata tal-kampjonati rispettivi, ma jinteressahomx mill-passat. Li tirbaħ unur jew tnejn hu possibbli, imma li jkollok dik il-kontinwità, li tilgħab fuq livelli simili kull tlett ijiem, għal 11-il xahar u għal għaxar snin … Din hi xi ħaġa li tolqotni l-iktar u li nammira. Dik hi l-ħolma tiegħi,” iddikjara Guardiola.

Kompla li “Juventus, Barcelona u Bayern München huma l-aqwa skwadri tal-aħħar għaxar snin għax jirbħu t-trofej ta’ kull sena.”

Sors: Bild

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280