Diriġenti ta’ Piacenza Calcio fl-aħħar jiem talbu lid-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Fabio Paratici, biex jakkwistaw tliet żgħażagħ.

Ewlieni fost l-interess ta’ Piacenza hu Mattia Del Favero, il-goalkeeper ewlieni tal-Primavera u tal-iskwadra nazzjonali tal-Italja fil-livell ta’ taħt it-18-il sena.

Piacenza interessati wkoll fid-difensuri mislufa lil Carrarese Calcio, Luca Barlocco ta’ 21 sena u Christian Tavanti ta’ 20 sena.

Sors: Sportpiacenza.it