Inizjattiva oħra mill-Juventus Club Cuore Bianconero, li fit-18 ta’ Frar se jorganizza Pizza Night fl-okkażjoni tal-Malta Eurovision Song Contest.
Filwaqt li ngawdu l-ispettaklu lokali, dawk li jattendu se jkunu jistgħu jieklu kemm jifilħu minn erba’ tipi ta’ pizza, u jingħataw ukoll drink. Dan kollu għal €10 biss, waqt l itfal bejn il-ħamsa u l-għaxar snin iħallsu €7 u dawk taħt l-erba’ snin jidħlu b’xejn.
Bħal kull attività oħra fil-kwartieri ġodda, għad-dispożizzjoni ta’ dawk preżenti se jkun hemm żewġ big screens, kif ukoll TV 65″ u 2 oħra 49″.
Għal dawk li l-Eurovision mhux l-ispettaklu favorit tagħhom, matul is-serata xorta waħda se jkun hemm xi settijiet tat-televiżjoni juru affarijiet oħra, u se tkun aċċessibbli wkoll il-games room.
Min għandu xi restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet relatati ma’ xi tipi ta’ ikel hu mitlub javża lill-kumitat biex jiġi akkomodat. Bookings jiġu aċċettati sas-17 ta’ Frar.






