L-attakkant żagħżugħ ta’ 22 sena tar-rivali Torino kellu logħba tajba ħafna kontra Bologna. Wara d-diżappunt tal-ewwel partita kontra Milan, meta Belotti sab il-penalty tiegħu jiġi milqugħ tajjeb minn Donnarumma fl-aħħar sekondi tal-partita, Belotti sab il-penalty tiegħu milqugħ din id-darba wkoll.

Madankollu, huwa xorta skurja tliet gowls. L-ewwel gowl wasal fit-28 minuta tal-partita minn assist ta’ De Silvestri li krossja fuq ras Belotti u faċilment sab ix-xibka. It-tieni gowl wasal għaxar minuti biss wara, meta l-istess De Silvestri qassam lil Belotti li ddefenda sew il-ballun li spiċċa f’saqajh u wara li dar mad-difensur ta’ Bologna, huwa xxuttja u għal darb’oħra għeleb lill-gowler għalkollox. L-aħħar gowl wasal fit-88 minuta meta pass ta’ Baselli jiżmarka lil Molinaro, li jqassam lil Belotti li waħdu quddiem l-gowler ma jiżbaljax u jniżżel ismu bħala l-plejer tal-partita.

Wara din il-prestazzjoni, kif ukoll il-konsistenza li qed juri dan l-attakant żagħżugħ, nistgħu nifhmu aħjar għala Ventura, il-kowċ ġdid tal-Italja, għazel li jsejjaħ lil dan l-attakkant għall-ewwel partiti tiegħu inkarigat mal-Azzurri.

[playbuzz-item url=”//www.playbuzz.com/juventusmalta10/ta-seb-li-kapa-i-jkun-stilla-fil-futur-kemm-tan-nazzjonal-taljan-kif-ukoll-ta-torino”]