Hekk kif ftit ilu Higuaín niżżel ismu fil-partitella meta skurja tripletta, ma naqasx milli jkompli bil-forma letali tiegħu anka meta l-iktar huwa importanti; fil-kampjonat kontra Sassuolo.

Higuaín skurja doppjetta f’għaxar minuti, żewġ gowls spettakolari li ħallew lis-sapporters entużjasti biex issa jaraw lil Gonzalo kontra Sevilla mill-ewwel minuti tal-partita f’koppja ma’ Dybala.

Fid-debutt tiegħu mill-ewwel minuta tal-partita, Higuaín wera l-karatteristiċi tiegħu mill-ewwel. Wara ħames minuti logħob, minn kontrattakk ta’ Juventus Dybala jqassam lil Higuaín u minn angolu naqra diffiċli Higuain jixxutja u jsib ix-xibka. Għalih ma hemmx impossibbli!

It-tieni gowl wasal meta kross ta’ Lichtsteiner isib ras Khedira li jqassam lil Higuaín u b’semi rovesciata Higuaín isammar il-ballun wara Consigli. 2-0 mal-ewwel għaxar minuti filwaqt li l-partitarji f’delirju ta’ ferħ.

Vot: 10.00

dical-banner-1200×280