Numru ta’ klabbs tas-Serie B qed juru interess qawwi fi plejers tal-Primavera ta’ Juventus.

Fost dawn id-difensur Pol Garcia Tena, b’Avellino li saħansitra diġà talbu lil Juventus biex jakkwistawh b’self. Ta’ 21 sena, Garcia diġà akkwista esperjenza tajba tant li dan l-istaġun rebaħ il-kampjonat ma’ Crotone, għalkemm ftit li xejn lagħab.

Il-midfielder Kolombjan ta’ 19-il sena Andrés Tello jinsab qrib li jingħaqad ma’ Empoli. Id-Direttur Sportiv tal-klabb, Marcello Carli jgħid li filwaqt li naqas milli jsemmi ismijiet, qal li l-profil tal-plejer “jista’ jkun da Empoli.”

L-akkwist ġdid ta’ Juventus, Simone Andrea Ganz, qed jinteressa lil Verona, hekk kif it-trasferiment tiegħu b’self hu ċert. Wara li skurja 16-il gowl ma’ Como u ġie akkwistat minn Juventus, issa jidher li l-plejer se jintbagħat b’self fis-Serie B bl-għan li jilgħab b’mod regolari.

Sors: IrpiniaOggi/Sportitalia/Gianluca Di Marzio