Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero llum tħabbar li l-klabb se jkun qiegħed iżanżan premises ġodda aktar tard matul l-istaġun li ġej.
Il-President tal-Club, Omar Busuttil, qal li dan sar wara li għal diversi snin il-klabb preżenti kien sar żgħir wisq biex jilqa’ fih in-numru dejjem jikber ta’ membri. Bla dubju dan il-pass ifisser qabża drastika fl-ispejjeż tal-klabb, u għalhekk l-appell hu biex il-Juventini Maltin jissieħbu membri fuq juventusmalta.com/membership-form u jgħinu lill-klabb, waqt li jgawdu mill-benefiċċji tas-sħubija.
Aktar dettalji dwar dan se jitħabbru aktar tard.
Matul l-AGM is-Segretraju Ġenerali, Jean Borg, ippreżenta r-rapport amministrattiv tas-sena li għaddiet fejn, fost oħrajn, semma x-xogħol li sar matul din is-sena waqt il-laqgħat tal-kumitat eżekuttiv, iċ-ċelebrazzjonijiet li saru ġewwa l-Club għall-34 league li rebħu Juventus kif ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-pjazza tas-Siġġiewi għall-finali tal-Coppa Italia.
Jean Borg semma wkoll li l-Club tella’ aktar minn 1,000 membru jara l-logħob ta’ Juventus matul l-istaġun li għadda, fosthom logħob ġewwa Turin tal-League u Champions League kif ukoll logħob away tal-Coppa Italia u Champions League.






