Il-premises il-ġodda tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero fil-Marsa se jkunu totalment aċċessibbli, b’mod speċjali għal dawk kollha li għandhom xi diffikultajiet ta’ aċċessibbiltà, anzjani jew ġenituri bi tfal żgħar.
Dan hekk kif fil-binja ġie installat lift li jistgħu jagħmlu użu minnu dawk kollha li jattendu. Dan minbarra li l-premises huma konformi mar-regoli kollha fir-rigward ta’ aċċessibbiltà.
Il-lift fil-klabb għas-sapporters ta’ Juventus f’pajjiżna kien ħolma li kellu mhux biss il-Kumitat imma wkoll Kevin Vella, persuna li kien jagħmel użu minn siġġu tar-roti iżda sfortunatament tilef ħajtu fl-aħħar xhur.
B’hekk, filwaqt li nwettqu wegħda li kienet saret miegħu, il-lift se jkun tifkira ħajja ta’ persuna li tant ħabbet lil Juventus. Se jagħmel mill-klabb ukoll wieħed mill-iktar avvanzati f’dan is-sens u aċċessibbli.
Kif wieħed jista’ jimmaġina, dan kollu jġib miegħu spiża ta’ eluf. Fid-dawl ta’ dan il-klabb qed jappella lil min kapaċi jaħdem manwalment u jixtieq jgħin fix-xogħol jew inkella jappoġġjana bl-għoti ta’ sponsorships biex jagħmel kuntatt magħna fuq admin@juventusmalta.com.






