Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li fetħu l-bookings għal polo shirts ta’ Juventus, bi prezz speċjali ta’ €40 għal dawk li jordnaw qabel jasal l-istock.
Il-flokkijiet jaslu għall-aħħar ta’ Awwissu jew il-bidu ta’ Settembru u wieħed isib xelta vasta ta’ qisien, minn S sa XXL. Il-prezz għal dawk li jordnaw wara li jasal l-istock hu ta’ €44.95, waqt li l-bookings ikunu kkonfermati malli jsir il-ħlas.
Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-membru tal-Kumitat Marlon Hili jew inkella billi jattendu l-klabb, li bħalissa qed jiftaħ għal kull logħba tat-Tazza tad-Dinja.





