Hekk kif nhar it-Tlieta li ġej jaħbat il-5 ta’ Mejju, il-jum storiku magħruf mill-Juventini bħala ċ-Cinque Maggio, se ssir edizzjoni speċjali tal-JCMCB Live Chat Show bi preżentazzjoni tal-President Onorarju Jean Borg.

It-tieni chat show issegwi s-suċċess ta’ din l-idea, bl-ewwel chat show ta’ nhar il-Ħamis li għadda kienet segwita minn 1,200 persuna b’mod dirett. Sa llum, jumejn wara, l-ewwel episodju kien segwit minn 5,000 persuna.

Wara li fl-ewwel episodju kienu mistiedna l-eks Presidenti tal-klabb, din id-darba jmiss lill-Presidenti tal-klabbs l-oħra ta’ Juventus f’Malta: Joseph Fenech li jmexxi l-Juventus Official Fan Club Vero Amore Malta kif ukoll Marlon Mercieca li jmexxi l-Juventus Fan Club Gozo.

Fit-tieni parti taċ-chat show tat-Tlieta li ġej niltaqgħu wkoll mal-President Onorarju George Camilleri kif ukoll ma’ Colin Giudice, magħruf għall-filmati storiċi li jtella’ fuq iċ-channel tiegħu ta’ Youtube; Gobbo Maltese.

Tista’ ssegwi mill-ġdid l-ewwel chat show billi tagħfas hawn.