Nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru se jiġi organizzat turnew ta’ FIFA 17 fejn il-kompetituri se jkollhom sfida biex juru l-ħiliet tagħhom f’din il-logħba fuq il-PlayStation 4.

It-turnew mhux miftuħ b’mod esklussiv għall-Juventini, jew il-membri tal-klabb, imma kulħadd hu eliġibbli li japplika. Madankollu l-prezz biex membri tal-klabb jipparteċipaw hu wieħed imraħħas ta’ €10, bir-rebbieħ jirċievi lura €50 minbarra trofew tal-okkażjoni. Jingħata wkoll trofew għal min jikklassifika fit-tieni post.

It-turnew se jsir fil-premises attwali tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, fi Triq L-Għajn, l-Imrieħel.

Applikazzjonijiet u l-lista ta’ regoli jistgħu jinkisbu permezz ta’ email, fuq admin@juventusmalta.com, jew fuq 7992 8322 sal-Ħamis 27 t’Ottubru.