Il-mistiedna tal-edizzjoni li jmiss tal-JCMCB Live Chat Show, li tixxandar il-Ħamis li ġej, se jkunu r-rappreżentanti tas-supporters’ clubs lokali. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat kienu mistiedna r-rappreżentanti tal-klabbs lokali ta’ AS Roma u Manchester United.

Bi preżentazzjoni tal-President Onorarju tal-klabb, Jean Borg, l-edizzjoni li jmiss se jkollha lill-uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Liverpool Supporters’ Club Malta Jason Mallia kif ukoll lil Charles Farrugia li hu ċ-Chairman tal-Liverpool Supporters’ Club Gozo.

Il-JCMCB Live Chat Show tixxandar kull nhar ta’ Ħamis bejn is-19:00 u t-20:00. Tista’ ssegwi l-aħħar edizzjoni, bil-mistiedna Ray Sant mir-Roma Supporters’ Club Malta u Matthew Mamo, uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero billi tagħfas hawn.