Il-President ta’ Roma Club Malta Ray Sant se jkun il-mistieden ewlieni tal-JCMCB Live Chat Show tal-Ħamis li ġej. Dan wara s-suċċess tal-edizzjoni preċedenti, li kellha lill-President tal-Manchester United Supporters’ Club Malta Joseph Tedesco bħala l-mistieden prinċipali.

Fit-tieni parti tal-Live Chat Show, immexxija mill-President Onorarju Jean Borg, ser jkun hemm l-intervent ta’ Matthew Mamo, li hu l-uffiċjal tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero resposabbli mir-relazzjonijiet mal-membri u l-midja.

JCMCB Live Chat Show tixxandar kull nhar ta’ Ħamis bejn is-19:00 u t-20:00 fuq il-paġna tal-klabb fuq Facebook.