Wara r-rebħiet kontra Atalanta Mozzanica u Res Roma, it-tim tan-nisa ta’ Juventus rebaħ it-tielet logħba tiegħu fil-kampjonat wara li għeleb lil Empoli Ladies bl-iskor ta’ 4-1.

Il-Finlandiża Sanni Franssi fetħet l-iskor, b’Aurora Galli tirdoppja biex Juventus għalqu l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 2-0.

Fit-tieni 45 minuta, Arianna Caruso għamlithom tlieta filwaqt li l-eks Liverpool Katie Zelem għamlithom 4-0 sabiex issiġillat it-tliet punti għal Juventus.

Juventus jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar is-Sibt li ġej, fil-17:00, kontra AGSM Verona.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280