Il-ġurnata tat-Tnejn se tibqa’ mmarkata fl-istorja tas-sit JuventusMalta.com li rreġistrat rekord ġdid fl-istorja tagħha.
Dan hekk kif statistika uffiċjali tas-sit Google Analytics turi li matul il-ġurnata, l-artikli fuq dan is-sit inqraw 10,749 darba. Dan mhux biss hu rekord, iżda l-udjenza hi d-doppju tar-rekord preċedenti, li kien intlaħaq nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar b’udjenza ta’ 4,951.
Bla dubju li l-artiklu dwar it-tifel Malti li rċieva flokk ta’ Inter bħala rigal, minkejja li hu partitarju ta’ Juventus, kien ir-raġuni ewlenija għal din l-udjenza rekord. Ta’ dan, il-Kumitat jirringrazzja lil Derston Aquilina tal-filmat, u lill-familja tat-tifel talli għażlu li jgħaddu dan il-filmat għall-użu tal-klabb.