Il-ġurnata tal-Ħadd 19 ta’ Frar kienet waħda rekord għas-sit juventusmalta.com.

Dan hekk kif informazzjoni miksuba grazzi għal Google Analytics turi kif matul il-ġurnata, l-artikli f’dan is-sit inqraw 4,951 darba, biex b’hekk kompliet tendenza inkoraġġanti ta’ żieda kostanti fl-aħħar jiem.

Ta’ min jinnota li s-sit ilu sa mis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar jirreġistra udjenza ta’ kuljum li tilħaq u taqbeż l-2,000 darba ta’ qari tal-artikli.

Ir-rekord tal-Ħadd ifisser li nqabżet iċ-ċifra miksuba nhar is-Sibt 16 ta’ Lulju 2016, meta dakinhar l-artikli nqraw 4,752 darba.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
 
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280